Sport Sport Ieħor

MOTO GP: Francesco Bagnaia jirbaħ fl-Awstrija

(Ritratt: EPA)

Francesco Bagnaia fuq Ducati rebaħ il-Grand Prix tal-Awstrija biex kiseb it-tielet rebħa konsekuttiva. Bagnaia ddomina dan il-Grand Prix anki jekk fl-aħħar fażi kien hemm ir-rimonta ta’ Quartararo li finalment kellu jikkuntenta bit-tieni post.
Fit-tielet post spiċċa Jack Miller ukoll fuq Ducati u b’hekk id-Ducati wettqu doppjetta fuq il-podium b’din tkun is-seba’ rebħa għal Ducati minn l-aħħar disa’ Grand Prix fiċ-ċirkwit ta’ Spielberg.

Fil-klassifika ġenerali Fabio Quartararo baqa’ fl-ewwel post fejn issa għandu 200 punt, u issa hu segwit minn Aleix Esparagaro li għandu 168 punt u Francesco Bagnaia jinsab fit-tielet post b’total ta’ 156 punt.